Aphroconfuso cover art

Aphroconfuso

By: Aphroconfuso
  • Summary

  • Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll.

    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Aphroconfuso
    Show More Show Less
activate_primeday_promo_in_buybox_DT
Episodes
  • Persjani - Aaron Aquilina
    Jul 5 2024

    « Il-Malti ma tantx iħallini bi kwieti. Noħroġ mill-kamra tal-letturi u nċempel ’l ommi biex ngħidilha li llum ħa niekol għandha; u ara biss taqbiżli kelma bl-Ingliż għax jibda t-tingiż. Mela nsejtu l-Malti? Minn mindu ’l hawn? Kemm sirt qżież! Imma dan kollu bi tbissima tgħidhuli. Tinkini biex tfakkarni fejnhom għeruqi (hawnhekk! Int Malti ta’ Malta!), ma jmurx ninsa li jien fjura, niġbor għeruqi fil-ħorża, u nitilqilha niġri ’l hemm bħalma għamilt kemm-il darba diġà. »


    https://aphroconfuso.mt/aaron-aquilina-persjani/


    Noti: “ilsien selvaġġ” ta’ Jasmine Bajada huwa pubblikazzjoni Horizons 2023. Ir-referenzi għall-poeżija ta’ Keats kollha meħudin minn Complete Poetry and Selected Prose of Keats, Harold Edgar Briggs, editur, Modern Library 1967, it-tieni edizzjoni. William Wordsworth jitkellem dwar il-poeżija orbikulari f’ittra lil Alexander Dyce, 1833. Jien noħodha minn The Letters of William and Dorothy Wordsworth: The Later Years, E. de Sélincourt, editur, Clarendon Press 1939. Il-kwotazzjoni minn “Fancy” hija meħuda mit-traduzzjoni tal-1988 ta’ Charles Dalli (“Il-Ħajra”) li dehret f’“Keats: Ir-rużinjol fuq l-għatba tat-tmiem”, Leħen il-Malti 23, 1989. Ta’ Stephen Regan minn The Sonnet, Oxford University Press 2019. Il-kwotazzjoni “Minion of grandeur...” ħadtha minn “Written on the Day that Mr. Leigh Hunt Left Prison” ta’ Keats. F’ittra lil ħutu, Diċembru 1817, Keats jitkellem dwar il-kapaċità negattiva. The Letters of John Keats, Maurice Buxton Forman, editur, Cambridge University Press 2011. Rigward l-ataraxia ara Outlines of Scepticism ta’ Sextus Empiricus, Julia Annas u Jonathan Barnes, edituri, Cambridge University Press 2007. Il-kwotazzjoni ta’ Samuel Taylor Coleridge ħadtha mill-entrata tas-16 ta’ April 1834 minn “Table Talk” f’Coleridge in Malta and Siciliy ta’ Donald Sultana, Barnes & Noble 1969. Jules Verne isemmi ’l Malta f’Mathias Sandorf — Voyages Extraordinaires, “Troisième Partie: V — Malte”. Dwar “il-ħoss sensibbli” ta’ Robert Frost qrajt “Robert Frost and the Sound of Sense” ta’ Robert S. Nedwick f’American Literature, Duke University Press 1937. “Autumn Refrain” ta’ Wallace Stevens ħadtha minn The Collected Poems of Wallace Stevens, Vintage 1982. Lil Ġorġ Zammit dwar it-tradizzjoni u l-innovazzjoni qrajtu f’Trifolium: Poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan u Poeżiji Maqlubin għall-Malti, pubblikazzjoni tal-awtur stess, 1973.


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show More Show Less
    44 mins
  • Is-Solitudni tal-Fotografu - Antoine Cassar
    Jun 22 2024

    Hawn xbin, trid kafè?

    Minn ġol-džezva

    jissawwab il-meraq ġamri

    li ’l-qalb dalwaqt iġibha

    ġunġliena mġenġla.


    Deħlin u ħerġin...


    https://aphroconfuso.mt/antoine-cassar-is-solitudni-tal-fotografu/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show More Show Less
    4 mins
  • ġenealoġija ta’ bankina - fatima a.m.
    Jun 7 2024

    « il-bankina qatt ma tispiċċa fejn tistennieha li tispiċċa. ma’ kull kantuniera titbewwaq, tixpakka ċ-ċirkonferenza u b’xi mod issib estensjoni mibnija ta’ malajr. bejn storja ta’ tetris raffa, bejn logħba jenga li qatt ma ntrebħet. is-soluzzjoni moderna ferm dejjem immarkata b’linja ħafifa tal-metall, li tissepara l-istorja tal-art mill-futur tagħha, imma l-għaksa taf tintrewa sa ma toħroġ minn dan l-univers t’asfalt u tlaqqit. »


    https://aphroconfuso.mt/fatima-a.m.-ġenealoġija-ta-bankina/


    Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

    Show More Show Less
    8 mins

What listeners say about Aphroconfuso

Average customer ratings

Reviews - Please select the tabs below to change the source of reviews.